ITS appeal filed, thanks to public support

An appeal has been filed with the Environment and Planning Review Tribunal (EPRT) against the decision of the PA Board that recently approved the db Group project on the ITS site in Pembroke.
The seventeen appellants include residents, NGOs and three local councils – Pembroke, St. Julian’s and Swieqi.
Filing this appeal was only made possible thanks to public support. A total of €24,350 was donated by the public during a fundraising campaign that started on the 7th October. The €15,000 target was reached in the first four days of this campaign.
Donations towards this campaign are still being accepted for possible legal action against the db Group project, beyond the appeal with the EPRT.
Special thanks to all those who have given their donation and those who are contributing to this campaign in one way or another. The eager participation in this campaign is a result of the public’s outrage at a project that will benefit the very few at the expense of the people’s wellbeing and the environment.
Thanks to public support, our fight to protect the environment and our quality of life continues.
The fundraising campaign for the ITS-DB Legal Action Fund is supported by eight NGOs: Friends of the Earth, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, BirdLife Malta, Moviment Graffitti, Ramblers Association, Nature Trust (Malta) and Żminijietna – Voice of the Left.
 

Stqarrija Stampa Konġunta 02/11/2018
 
L-appell tal-ITS ġie ippreżentat, grazzi għall-appoġġ tal-pubbliku
Appell dwar id-deċiżjoni tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li approvat il-proġett tad-db Group fuq is-sit tal-ITS ġie ippreżentat lit-Tribunal tar-Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT).
Is-sbatax-il appellant jinkludi residenti, għaqdiet mhux governattivi u tliet kunsilli lokali  – Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi.
 
Il-preżentazzjoni ta’ dan l-appell kienet possibbli biss grazzi għall-appoġġ tal-pubbliku. Total ta’ €24,350 ġie mogħti mill-pubbliku waqt kampanja ta’ ġbir ta’ fondi li bdiet fis-7 t’Ottubru. Il-mira tagħna li niġbru €15,000 ġiet milħuqa fl-ewwel erbat ijiem tal-kampanja.
L-għotjiet għadhom qed jiġu aċċettati biex dawn il-flus ikunu jistgħu jintużaw biex jittieħdu passi legali kontra l-proġett tad-db Group, lil hinn mill-appell mal-EPRT.
Nixtiequ nirringrazzaw lil dawk kollha li taw l-għotjiet tagħhom u lil dawk li qed jikkontribwixxu għal din il-kampanja b’xi mod jew ieħor. Il-fatt li l-poplu ipparteċipa bi ħġaru f’din il-kampana turi r-rabja tal-poplu għal proġett li se jgawdu minnu biss il-ftit għad-detriment tal-benessri tan-nies u tal-ambjent.
Bis-saħħa tal-appoġġ tal-pubbliku, il-ġlieda tagħna biex nipproteġu l-ambjent u l-kwalità ta’ ħajjitna tista’ tkompli.
Il-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi biex jittieħdu passi kontra l-ITS-DB Legal Action Fund hija appoġġata minn tmien organizzazzjonijiet: Friends of the Earth, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, BirdLife Malta, Moviment Graffitti, Ramblers Association, Nature Trust (Malta) u Żminijietna – Voice of the Left.