Farm Map

Aħna, bħala Friends of the Earth Malta, nixtiequ nħarsu r-raba’ f’Malta u nqajmu kuxjenza favur l-importanza li nieklu ikel lokali u fl-istaġun. Biex nilħqu dan l-għan, se noħolqu Farm Map – mappa onlajn tal-produtturi u l-prodotti tagħhom biex il-konsumatur issib b’iktar faċilita l-prodotti agrikoli li jeħtieg dirett minn għand il-bdiewa Maltin u Għawdxin.

Il-mappa se tkun limitata għall-prodotti lokali u organiċi biss u se naħdmu id f’id mal-bdiewa biex nirriklamaw ix-xogħol siewi li jagħmlu billi nsegwu minn fuq il-websajt u il-midja socjali tal-Friends of the Earth, kif jiġu preparati u ikkultivati dawn il-prodotti. Dan biex finalment inħeġġu iktar konsumaturi jixtru dirett minn għand il-bdiewa Maltin. Il-mappa se jkollha id-dettalji meħtieġa bħal ħin tal-ftuħ, inidrizz u it-tip ta’ prodotti agrikoli halli b’hekk ikun iktar faċli għall-bidwi li jbiegħ mill-għalqa jew mir-razzett tiegħu, mingħajr il-bżonn li jarma u jbiegħ il-prodott banda oħra. Barra minn hekk, din se tgħin lil-konsumaturi japprezaw iktar l-oriġini u in-nies wara l-ikel li tant inħobbu, bit-tama li insaħħu ir-relazzjoni bejn il-produtturi u l-konsumaturi.

Għaliex jaqbillek tkun parti mil-Farm Map?

  • Qligħ ġust u iktar dħul! – Il-bejgħ dirett joħloq sors ta’ qligħ immedjat u jħalli lill-bidwi jiddeċiedi l-prezz tiegħu mingħajr indħil minn terzi persuni. Dan jfisser iktar dħul ghall-produtturi iżda prezzijiet raġonevoli ghall-konsumaturi.
  • Il-prodotti tiegħek ikunu jafu bihom aktar nies – Il-mappa se tgħinek tiltaqa’ mal-konsumaturi u toħloq opportunitajiet ġodda biex tmexxi l-prodotti uniċi tiegħek, turi l-għalqa jew ir-razzett tiegħek lill-klijenti, u tisma’ mingħand in-nies stess kif jaħsbuha fuq il-prodott.
  • Tisma’ lil min japprezza xogħlok – L-aħjar mod kif in-nies jifhmu u jgħinu lill-bdiewa lokali huwa billi jiltaqgħu magħhom u jaraw ix-xogħol li jieħdu biex jipproduċu dak li nieklu. Bil-mappa dan il-kuntatt se jkun ferm iktar faċli. Dan il-kuntatt dirett mal-konsumaturi se jgħinek tifhem aħjar xi jridu n-nies, u kif il-prodott tiegħek jista’ jkun iktar kompetittiv.
  • Iktar kuxjenza dwar prodotti lokali, traddizjonali u friski – Iktar ma kemm konsumaturi jsiru jafu bix-xogħol tar-raba’ f’Malta, inkunu qegħdin inżidu il-bejgħ ta’ prodotti lokali, traddizjonali u friski filwaqt li insaħħu direttament is-settur agrikolu kollu u l-ambjent ta’ madwarna.

Jekk inti interessat tkun parti mil-mappa, imla’ d-dettalji t’hawn taħt jew imla l-formola sħiħa bil-Malti HAWN.

This project has been funded with support from the European Commission. This webpage reflects the views only of the author, and the Commission cannot be held responsible for any use which may be made of the information contained therein.

Donate Now!

X