- This event has passed.
Save Our Shores Exhibition

U dawra mal-esebizzjoni flimkien ma’ Marsaskala Resident Network, il-Ġimgħa, 11 ta’ Settembru f’6PM.
Hekk kif is-sajf wasal lejn tmiemu, hekk ukoll il-kampanja tagħna għall-petizzjoni ta’ Salvaw Xtutna. Għall-aħħar xahar ta’ din il-kampanja, ser nerġgħu niftħu l-esebizzjoni ta’ Salvaw Xtutna fix-Xatt ta’ Marsaskala; lokalità li esperjenzat diversi forom ta’ okkupazzjoni tal-ispazju pubbliku favur aktar privatizzazzjoni.
Aparti minn hekk, għal din l-aħħar sena, il-kontroversja tal-lanċa kienet mill-preokkupazzjonijiet ewlenin tal-Marsaskala Residents Network (MRN). Għal din ir-raġuni, ħassejna li din il-lokalità kienet partikolarment xierqa għall-esebizzjoni tagħna ta’ Salvaw Xtutna.
Permezz tal-kampanja Salvaw Xtutna, laqqgħajna flimkien residenti minn llokalitajiet ħdejn il-baħar u l-port f’laqgħat tal-komunità fejn ġew diskussi l-problemi u s-soluzzjonijiet possibbli. Flimkien ħloqna sett ta’ talbiet politiċi biex jifformaw petizzjoni fejn qed nitolbu aċċess pubbliku għall-kosta u l-baħar, protezzjoni mit-tniġġis, u restawr tal-ekosistemi marittimi.
Flimkien qed insejħu biex insalvaw xtutna, għall-ġid komuni, mhux għal dawk ftit sinjuri.
Żur l-esebizzjoni f’Marsaskala mill-10 sal-15 ta’ Settembru, u ffirma l-petizzjoni! Flimkien nistgħu nġibu l-bidla li nixtiequ!
Salvaw Xtutna turi l-effetti tal-industriji marittimi fuq il-komunitajiet lokali permezz tar-riċerka ta’ Julian Delia u l-fotografija ta’ Darrin Zammit Lupi.
Attività appoġġjata minn The Minor Foundation for Major Challenges. Nixtiequ nirringrazzjaw lil 2point3 Studio għas-sapport u d-disinn tal-esebizzjoni, lill-MRN għas-sapport tagħhom tul il-kampanja kollha ta’ Salvaw Xtutna, kif ukoll lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala talli għen biex din l-esebizzjoni f’Marsaskala tkun possibbli.
And a tour of the exhibition with the Marsaskala Resident Network on Friday, 11th September at 6PM.
As summer comes to an end, so does our campaign for the Save Our Shores petition. For the final month of the campaign, we are reopening the Save Our Shores Exhibition at Marsascala Promenade; a location that has experienced various occupations of public space in favour of privatisation.
Moreover, over the past year, the ferry controversy has been one of the main concerns of the Marsaskala Residents Network (MRN). For this reason, this location felt particularly fitting for our SOS Exhibition.
Save Our Shores brought together residents of harbour and coastal localities in community assemblies, where people discussed issues and solutions. Together, we co-created a set of political demands for a petition to demand public access to coast and sea, protection from pollution, and restoration of coastal ecosystems. Save Our Shores documents the impacts of the maritime industries on the local communities through the photography of Darrin Zammit Lupi and Julian Delia’s research.
Together, we ask to Save Our Shores, for the common good, not the wealthy few.
Visit the exhibition at Mscala from 10 to 15 September, and sign the petition! Together we can bring change!
Supported by The Minor Foundation for Major Challenges. We would like to extend our thanks to 2point3 Studio for their support in designing the exhibition, as well as to MRN for their support throughout our SOS campaign, and Marsascala Local Council for helping make this second exhibition possible.
Related
Details
- Start: September 10 @ 08:00 CEST
- End: September 15 @ 17:00 CEST
- Event Tags:coast, Comino, petition, salvaw xtutna, save our shores, Sea, shores, sos
