ĊineAmbjent Film Festival 2026 is here!

ĊineAmbjent, Friends of the Earth Malta’s Environmental Film Festival, returns with a selection of films from Malta and around the world exploring our relationship with the environment and the people and communities connected to it.
15–18 October 2026
Across Malta & Gozo
From food and farming, oceans and plastic pollution, nature and wildlife, to Indigenous resistance, overtourism, workers’ rights and environmental justice, this year’s programme uses film to open up conversations about some of the environmental issues shaping our world. Alongside the screenings, expect panel discussions, conversations with activists and organisations, family-friendly films and activities for children.
This project is supported by Arts Council Malta
—
ĊineAmbjent, il-Festival tal-Films Ambjentali ta’ Friends of the Earth Malta, jirritorna b’għażla ta’ films minn Malta u minn madwar id-dinja li jesploraw ir-relazzjoni tagħna mal-ambjent, kif ukoll man-nies u l-komunitajiet marbuta miegħu.
15–18 ta’ Ottubru 2026
F’diversi postijiet f’Malta u Għawdex
Mill-ikel u l-biedja, l-ibħra u t-tniġġis mill-plastik, in-natura u l-ħajja selvaġġa, sar-reżistenza Indiġena, it-turiżmu żejjed, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-ġustizzja ambjentali, il-programm ta’ din is-sena juża l-films biex jiftaħ diskussjonijiet dwar uħud mill-kwistjonijiet ambjentali li qed isawru d-dinja tagħna. Flimkien mal-films, se jkun hemm diskussjonijiet ma’ panels, konverżazzjonijiet ma’ attivisti u organizzazzjonijiet, films għall-familja u attivitajiet għat-tfal.
Dan il-proġett huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti
Related
Details
- Start: October 15
- End: October 18
- Event Tags:Ċine'Ambjent, Film Festival