🚫 OBJECT TO DESTRUCTIVE AND USELESS ŻABBAR–SMART CITY BYPASS!
An €8 million road project threatens to destroy:
🌾 5,686m² of agricultural land
🌳 30 mature trees and shrubs
This bypass is unnecessary. It serves speculative development, not the public.
🛑 Say NO to useless destruction and YES to protecting our environment!
📧 Send your objection by 13th June to: representations@pa.org.mt
📝 Include this in the subject line: PA/07004/23
Together, we can stop this!
You can use the text below in your objection.
I strongly object to application PA/07004/23. The proposed new road linking Żabbar to Smart City is unnecessary, as no significant traffic issues exist and a suitable road already connects the two areas. The project would destroy over 5,000m² of agricultural land—much of it fertile and actively cultivated—and uproot 30 mature trees, contradicting SPED’s rural and environmental objectives. It also lies mostly outside the development zone (ODZ) and partially within an Urban Conservation Area (UCA).
The development threatens the cultural and environmental integrity of a historically rich area, including scheduled Grade I monuments like the Cottonera Lines, the Capuchin Convent, and the Kalkara Naval Cemetery. It encroaches on protected zones such as Il-Wied ta’ Rinella and designated bird sanctuaries. This road serves speculative development, not public need, and would irreversibly harm heritage sites, natural habitats, and rural landscapes. It should be firmly rejected on environmental, cultural, and planning grounds
🚫 OĠĠEZZJONA GĦALL-BYPASS INUTLI BEJN ĦAŻ-ŻABBAR U SMART CITY!
Triq ġdida li se tiġi tiswa €8 miljuni se teqred:
🌾 5,686m² ta’ art agrikola
🌳 30 siġra matura u arbuxelli
Din il-bypass hija inutili. L-għan tagħha huwa li taqdi l-iżvilupp spekulattiv, u mhux il-bżonnijiet tal-pubbliku.
🛑 Għid LE għall-qerda bla bżonn u IVA għall-protezzjoni tal-ambjent tagħna!
📧 Ibgħat l-oġġezzjoni tiegħek sat-13 ta’ Ġunju fuq: representations@pa.org.mt
📝 Inkludi PA/07004/23 fis-suġġett tal-email.
Flimkien nistgħu nwaqqfu din il-qerda!
Tista’ tuża t-test t’hawn taħt fl-oġġezzjoni tiegħek:
Nixtieq noġġezzjona bil-qawwa għall-applikazzjoni PA/07004/23. It-triq proposta li se tgħaqqad Ħaż-Żabbar u Smart City hija totalment inutli, peress li m’hemmx problemi eżistenti ta’ traffiku u diġà teżisti triq li tgħaqqad iż-żewġ lokalitajiet. Il-proġett se jwassal għall-qerda ta’ aktar minn 5,000m² ta’ art agrikola—li kważi nofsha għadha fertili u kultivata—u għall-qlugħ ta’ 30 siġra matura. Dan imur kontra l-għanijiet ambjentali u rurali ta’ SPED. Is-sit jinsab ukoll barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ) u parzjalment f’Żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA).
Dan l-iżvilupp qed jhedded is-sensittività kulturali u ambjentali taż-żona, fosthom wirt storiku skedat ta’ Grad I bħal-Linji tal-Kottonera, il-Kunvent tal-Kapuċċini u ċ-Ċimiterju Navali ta’ Kalkara. Jaffettwa wkoll żoni protetti bħall-Wied ta’ Rinella u s-santwarji tal-għasafar. Din it-triq se sservi interessi spekulattivi u mhux il-ġid komuni, u se ġġib magħha ħsara irriversibbli lis-siti storiċi, l-ambjent naturali u l-pajsaġġ rurali. Għaldaqstant, għandha tiġi miċħuda kategorikament għal raġunijiet ambjentali, kulturali u ta’ ppjanar.
🟢 Need help sending your objection? Feel free to copy the objection text above, paste it into your email, and send it before 13 June. Every voice matters!
📢 Share this post with your friends, neighbours, and local groups to raise awareness and protect our land.